Lokali Parlament

Il-kuntratt li kellu Konrad Mizzi kien ta’ iktar minn €80,000

  • Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo

Fil-parlament il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Robert Arrigo qal li s-settur tat-turiżmu ma jafx fejn qiegħed u sostna li l-kuntratt li ingħata lil Konrad Mizzi joħloq ħafna mistoqsijiet tant li l-Oppożizzjoni talbet lill-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi biex jinvestiga dan il-kuntratt li jinkludi wkoll xufier u polza ta’ assigurazzjoni fuq is-saħħa tal-familja ta’ Konrad Mizzi.

Ġimgħatejn wara li rriżenja minn Ministru tat-Turiżmu,
Konrad Mizzi ingħata kuntratt ta’ iktar minn €80,000 mill-MTA

Dan il-kuntratt jinkludi wkoll is-safar u l-mobile. Għal Malta dan il-kuntratt qed jiswa ħafna iktar mit-€80,000 li qed jingħad li se jiswa. Hu staqsa liema avukat abbzza dan il-kuntratt u jekk dan sarx taħt il-Prim Ministru Muscat li kellu lil Robert Abela bħala konsulent ewlieni tiegħu. Dan il-kuntratt mhux qed jibgħat sinjali tabijn.

Hu staqsa jekk is-CEO u ċ-Chairman tal-MTA approvawx dan il-kuntratt. Dan hu kuntratt li mhux qed jitħallas biss mit-taxxi iżda wkoll mill-kontribuzzjonijiet tas-setturi turistiċi. Il-flus li Konrad Mizzi ħa minn dan il-kuntratt irritornhom lura? staqsa Robert Arrigo.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-Eurostat jistabilixxi li l-iljieli fil-lukanda irreġistrat żieda fl-Ewropa kollha ħlief f’Malta fil-Greċja. Dan ifisser li t-tliet miljuni li qed jipu Malta kull sena m’humiex kollha turisti; hemm 600,000 li jaħdmu Malta bil-familja u li jmorru f’pajjiżhom iżda jerġgħu jirritornaw Malta. Dawn m’humiex turisti.

Il-lukandi jidher li mhux qed igawdu minn din iż-żieda. Jirriżulta li t-turisti veru jammontaw għal madwar 1.1 miljun. Dan qed iġib pressjonijiet kbar fuq il-kunsilli lokali li għadhom jaraw li l-lokalitajiet ikunu miżmuma tajjeb. Il-kunsilli bir-raġun jilmentaw minħabba nuqqas ta’ fondi allokati lilhom mill-gvern ċentrali.

Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo jsostni li meta jinqatgħu
l-barranin li jiġu Malta biex jaħdmu, it-turisti jammontaw għal 1.1 miljun

Hu tkellem wdar l-eco-tax u qal li id-dħul minn din it-taxxa għandu jmur għal titjib fl-ambjent ġenerali fil-lokalitajiet. Dwar l-industrija tal-films Robert Arrigo semma’ l-Queen of the South u qal li l-produtturi tal-films ġew Malta minħabba l-qtil, il-ħasil tal-flus u l-banek.

Robert Arrigo qal li qe disiru mollijiet beix jinqdew oepraturi li ngħataw il-lukandi waqt li San Ġiljan se jsir hop on hop off fil-Bajja tal-Balluta. Dan mhux ideonju għal dan il-post u jrid ikun investigat kif l-operatur ingħata din l-operazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li issa daħal operatur li hu l-istess wieħed li dejjem jinvesti f’dan ix-xogħol; il-gvern kellu jdidaħħal il-qorti għaliex l-għażliet ma jsirux hekk. Hu qal li l-PN għamel ħafna proposti pro-attivi li bihom il-prodott turistiku jista’ jiżdied.