Lokali Parlament

Is-Sedja tagħlaq l-istrangers gallery minħabba l-protesti fuq barra

L-Ispeaker Anġlu Farrugia (ritratt: Jason Borg, DOI)

L-Oppożizzjoni ssostni li din hi deċiżjoni llegali u anti-demokratika

Fil-bidu tas-seduta parlamentari tal-lum waranofsinhar, l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ddeċieda li jagħlaq l-istrangers gallery minħabba li fuq barra kien hemm xi protesti mis-soċjetà ċivili.

Kien l-Ispeaker li ħabbar din id-deċiżjoni bl-Oppożizzjoni toġġezzjona immedjatament. L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li din id-deċiżjoni qed tittieħed biex is-sigurtà tad-deputati tkun garantita u għaliex kull meta kien hemm il-protesti fuq barra, xi persuni li pprovaw jidħlu fl-istrangers gallery qalgħu l-inkwiet.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li din l-ordni tikser l-ordnijiet tal-Kamra għaliex il-pubbliku ma jistax jinżamm milli jidħol fl-istrangers gallery propju meta m’hemm l-ebda inkwiet. Robert Cutajar ddikjara li l-Oppożizzjoni kienet qed toġġezzjona għal din id-deċiżjoni tal-Ispeaker.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar isostni li l-Oppożizzjoni hi
kontra l-pożizzjoni tal-Ispeaker

F’intervent id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li d-deċiżjoni tas-Sedja hi illegali u anti-demokratika.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina jsostni li l-pożizzjoni
tal-Ispeaker hi llegali u anti-demorkatika

L-Ispeaker qal li din kienet id-deċiżjoni tiegħu bil-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield japprova l-pożizzjoni tal-Ispeaker.