Kunsilli Lokali Lokali

Is-Sindki jinsabu abbandunati mill-Gvern

Waqt seduta oħra tal-Parlament ghas-Sindki u l-Viċi Sindki, reġgħu spikkaw il-kummenti tar-rappreżentanti Laburisti li kkritikaw lill-awtoritajiet.

Joseph Farrugia, Sindku Laburista ta’ Birżebbuġa saħansitra hedded li jagħlaq il-Kunsill minħabba l-problema tal-burokrazija.

Anke Davinia Sammut Hili, Sindku tal-Furjana kkritikat il-burokrazija fl-awtoritajiet tal-Gvern.

Biex tkompli tgħaxxaq teżisti ineffiċjenza tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet tal-Gvern kif spjega s-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut.

Simili l-kritika ta’ Malcolm Paul Galea, Sindku laburista ta’ Ħaż-Żebbug, bi kritika qawwija wara li Infrastructure Malta qabżet lill-Kunsill fejn tidhol il-qerda f’Wied Qirda.

Li l-Kunsilli qed jiġu njorati mill-awtoritajiet tkellmet dwarha wkoll is-Sindku taż-Żejtun Doris Abela, bit-talbiet għal devoluzzjoni fil-lokalitajiet qed jiġu njorati.

Dan waqt li l-Kunsilli Lokali, fi kliem Romilda Baldacchino Zarb, Sindku Laburista tal-Mosta, qed jaffaċċjaw spejjeż dejjem ikbar.

L-istess Alfred Grima, Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, li lmenta dwar l-ispejjeż u kkritika r-riforma li tinjora lill-Kumitati Amminsitrattivi.

Dawn il-kummenti huma kollha simili għal dawk li saru fl-edizzjoni preċedenti ta’ din is-seduta Parlamentari, kif ikkonferma Mario Calleja, Sindku Laburista ta’ Marsaskala.

Anke Mario Fava, President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, ikkonferma diversi sfidi li għadhom mhux solvuti.