Sport Sport Ieħor

It-tim nazzjonali jibda l-impenji llum fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni kontra l-Iżvezja

Illum it-tim nazzjonali Malti jibda l-impenji fi Grupp Ċ kontra l-Iżvezja, f’logħba mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-2022. Dan it-tournament hu anki importanti biex il-futsal f’pajjiżna jkollu viżibbiltà hekk kif fl-aħħar snin kellu sfidi ta’ popolarità.

L-organizzazzjoni ta’ dan it-tournament ta’ kwalifikazzjoni hi fdata f’idejn Mark Borg. Din hi s-sitt darba għal Borg li qed jorganizza tournaments ta’ dan it-tip iżda l-ewwel waħda għalih fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport.

Il-fatt li l-logħba se jintlagħab f’dan il-post, hu tajjeb għall-kowċ Malti Zeljko Anicic li jsostni li hu ta’ kwalità aħjar mill-courts l-oħra f’pajjiżna. Anicic fl-ewwel impenji uffiċjali bħala kowċ tat-tim nazzjonali, ħadem mat-tim għal madwar xahar, bil-kampjonat jieqaf f’dan il-perjodu biex tkun tista’ ssir il-preparazzjoni meħtieġa.

Bi tħejjija għal dan it-tournament, ġimgħa u nofs ilu t-tim Malti lagħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Bulgarija. Wara li l-ewwel konfront spiċċa fi draw ta’ 2-2, fit-tieni partita il-Maltin ħarġu rebbieħa 3-1. Id-dħul għal dawn il-logħbiet huwa b’xejn.

L-iskwadra finali

Gowlkipers: Clint Mifsud (Luxol Futsal), Stefan Vella (Luxol Futsal)

Difensuri: Marrwan Telisi (Luxol Futsal), Giancarlo Sammut (Luxol Futsal), Jovica Milijic (Valletta Futsal), Melvin Borg (Università ta’ Malta), Dylan Musù (Università ta’ Malta), Karl Sciortino (Università ta’ Malta)

Attakkanti: Carl Azzopardi (Luxol Futsal), Andy Mangion (Luxol Futsal), Andrè Ciancio (Valletta Futsal), George Frendo (Valletta Futsal), Firas Aboulezz (Swieqi Futsal), Mark Zammit (Luxol Futsal)

Il-logħob kollu

Skola Nazzjonali tal-Isport

Illum: Polonja v Greċja 5.00pm, Żvezja v Malta 8.00pm

Il-Ħamis 30 ta’ Jannar:Żvezja v Polonja 5.00pm, Malta v Greċja 8.00pm

Is-Sibt 1 ta’ Frar: Greċja v Żvezja 4.00pm, Malta v Polonja 7.00pm

Ikkummenta

Tags