Lokali

Jidher li ma tantx hawn tama għall-istabbiltà u ċertezza

L-instabbiltà u l-inċertezza politika kienu l-qofol tal-kawża għaliex in-negozji matul l-2019 fil-parti l-kbira tagħhom kellhom inqas bejgħ mill-2018. Dan ħareġ mis-servej tal-Kamra tal-SMEs (GRTU). 

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Self Employed, in-Negozji ż-Żgħar, il-Koperattivi, l-Biedja u s-Sajd Edwin Vassallo, il-Partit Nazzjonalista saħaq li dak li ħareġ minn dan is-servej huwa wkoll sostnut mill-aħħar economic update tal-Bank Ċentrali li meta jitkellem dwar retail trade confidence indication jgħid hekk “Retailer’s assessment of sales activity over the past three months and their expectations of business activity over subsequent months turned negative.” L-istess rapport jindika wkoll li s-sentiment t’ottimiżmu f’dawk involuti  fl-industrija tal-bini wkoll waqa’ u għalhekk il-Bank Ċentrali bl-istess rapport ikkonferma x’qalu l-MDA lill-Prim Ministru Robert Abela fiż-żjara li għamel fl-uffiċini tagħhom. Fl-industrija wkoll hemm sentiment negattiv.

Quddiem din ir-realtà il-Partit Nazzjonalista jemmen li dan il-pajjiż jixraqlu aħjar. Il-PN jemmen li s-settur tar-retail, sidien ta’ ħwienet u negozji żgħar oħra jixirqilhom l-aħjar stabbiltà politika biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar.