Futbol Sport

Jorge Santos Silva jirritorna ma’ Hibernians

(Ritratt: Paul Zammit Cutajar/MFA)

Hibernians saħħew l-attakk tagħhom hekk kif ilbieraħ filgħaxija ħabbru l-akkwist ta’ Jorge Santos Silva li ffirma kuntratt sa tmiem l-istaġun. Għalih dan se jkun ritorn mal-Pawlisti wara li lagħab magħhom fl-istaġun 2015/16 u f’dak l-istaġun skorja 14-il gowl fil-kampjonat.

Santos Silva lagħab l-ewwel darba f’pajjiżna ma’ Vittoriosa Stars fl-istaġun 2010/11 fejn sab ix-xibka seba’ darbiet. Hu kellu esperjenza qasira ma’ Sliema Wanderers qabel kompla l-istaġun ma’ Birkirkara.

Wara li rritorna fil-Brażil, Santos Silva ngħaqad ma’ Tarxien Rainbows fl-istaġun 2013/14 u magħhom skorja tmien gowls. F’Jannar tal-2015 hu ngħaqad ma’ Naxxar Lions u temm l-istaġun b’sitt gowls.

Fis-sajf l-attakkant ingħaqad ma’ Hibernians u lagħab magħhom għal staġun qabel kompla l-karriera barra minn Malta. Hu mistenni jagħti saħħa lit-tim ta’ Stefano Sanderra wara li f’dawn il-ġimgħat Hibernians tilfu lil Leonardo Nanni u neħħew lil Terence Groothusen.