Liverpool komplew jersqu lejn il-matematika li tikkonfermahom bħala champions tal-Ingilterra b’rebħa ta’ 2-0 kontra West Ham fil-London Stadium. B’hekk meta kull tim lagħab 24 logħba, Liverpool għandhom vantaġġ ta’ 19-il punt fuq Manchester City.
Liverpool fetħu l-iskor fil-35 minuta meta Divock Origi deher jitwaqqa’ fil-kaxxa minn Issa Diop, bir-referee Jonathan Moss jordna penalty. Inkariga ruħu Mohamed Salah li bagħat lil Lukasz Fabianski n-naħa l-oħra tal-ballun b’xutt fil-baxx.
It-tim ta’ Jurgen Klopp irdoppja fit-52 minuta meta minn korner ta’ West Ham, Liverpool bdew kontrattakk b’Mohamed Salah iqassam lejn Alex Oxlade-Chamberlain li minn qagħda ideali fil-kaxxa għeleb lil Fabianski.
//= $special ?>