Futbol Sport

Manchester United jilħqu ftehim għal Bruno Fernandes

(Ritratt: EPA)

Manchester United ikkonfermaw li laħqu ftehim ma’ Sporting Lisbon biex jakkwistaw il-midfielder Bruno Fernandes. Il-ftehim ilaħħaq is-somma ta’ €80 miljun, b’€25 miljun jinvolvu diversi ħlasijiet addizjonali skont il-prestazzjoni tal-plejer.

Hu jrid ikun reġistrat sa nofsinhar ta’ għada biex ikun disponibbli għall-konfront kontra Wolves tas-Sibt fis-6.30pm. Il-klabb Ingliż żied l-offerta tiegħu darbtejn f’24 siegħa biex sfurzaw lil Sporting jaċċettaw l-offerta. Fernandes mistenni jidħol fil-formazzjoni inizjali mill-ewwel hekk kif bħalissa Ole Gunnar Solskjaer jinsab mingħajr is-servizzi tal-midfielders Scott McTominay u Paul Pogba.

B’hekk mistenni jkun konkluż dan it-trasferiment wara ġimgħat ta’ negozjati. Fost il-ħlasijiet ta’ €25 miljun fi ħlas addizjonali, jinvolvu €10 miljuni f’miri li jistgħu jintlaħqu faċilment  u €15-il miljun ieħor jekk jintlaħqu miri li huma kkunsidrati diffiċli. Fost il-klawsoli hemm li jsir pagament jekk Fernandes jirbaħ il-Ballun tad-Deheb.