Basketball Sport

Petizzjoni biex Kobe Bryant ikun inkluż fl-emblema tal-NBA

(Ritratt; EPA)

Kważi żewġ miljun persuna ffirmaw petizzjoni online biex jużaw l-immaġni ta’ Kobe Bryant bħala l-emblema l-ġdida tal-NBA (National Basketball Association) wara l-mewt tal-leġġenda ta’ Los Angeles Galaxy.

Bryant, meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers ta’ kull żmien tal-NBA u t-tifla tiegħu ta’ 13-il sena, kienu fost disa’ persuni li mietu l-Ħadd wara li l-ħelikopter li kienu fih iġġarraf ftit bogħod minn Calabasas qrib California.

Is-sit change.org qal li l-petizzjoni li ġiet iffirmata minn ċelebritajiet bħal Snoop Dogg, Justin Bieber u Usher, hi l-aktar petizzjoni li kibret bħalissa fuq is-sit, kif ukoll l-ewwel petizzjoni tal-2020 li qabżet il-miljun firma.

 L-emblema preżenti tal-NBA ġiet introdotta fl-1969 u tidher silhouette tal-eks plejer ta’ Los Angeles Lakers Jerry West bil-ballun f’idu x-xellugija. L-NBA ma tatx risposta immedjata meta ġiet mistoqsija dwar il-prezzjoni li laħqet kważi ż-żewġ miljun persuna.

Bryant li rtira mill-basketball professjonali fl-2016, lagħab l-20 staġun tiegħu fl-NBA ma’ Los Angeles Lakers u rebaħ il-kampjonat ħames darbiet.