Internazzjonali Kurżitajiet Transport

Pjan għal ferrovija b’veloċità ta’ 1,200km fis-siegħa

Nofs siegħa biex minn Trieste tasal Verona

Il-kumpanija Amerikana Hyperloop qed taħdem fuq ferrovija li topera b’sistema ta’ kalamiti, u li kapaċi tlaħħaq veloċità ta’ 1,200 kilometru fis-siegħa. Il-proġett qed ikun żviluppat fi 12-il pajjiż madwar id-dinja.

Rapporti fil-media Taljana qed jindikaw li vjaġġ normali bejn Verona u Trieste jaf jibda jieħu biss 30 minuta. Il-vjaġġ se jkun qed isir f’tubi futuristiċi, b’network li jgħaqqad bliet ewlenin f’sitt reġjuni Taljani.

Hyperloop diġa’ iltaqgħu mal-kumpanija Trenord li joperaw parti mis-servizz ferrovjarju fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.

Apparti l-Italja, għaddejin taħdidiet f’diversi pajjiżi oħra li qed jikkunsidraw rotot bħal Toronto–Montreal, Miami–Orlando, Dallas–Houston, Chicago–Pittsburgh, Mexico City–Guadalajara, Edinburgh–London, Glasgow–Liverpool, u Mumbai–Chennai.