Sport Sport Ieħor

Quartararo flok Rossi ma’ Yamaha mis-sena d-dieħla

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq Franċiż Fabio Quartararo se jkun qed jieħu post Valentino Rossi ma’ Yamaha wara li ffirma kuntratt ta’ sentejn li jibda jgħodd mis-sena d-dieħla. Id-deċiżjoni ttieħdet wara diskussjoni ma’ Rossi hekk kif anki se jkollu l-possibbiltà li fl-istaġun li ġej jikkompeti b’mutur Yamaha xorta iżda mat-tim Petronas u bi struttura proprja. Dan ifisser li Rossi xorta jkollu opportunità li jikkompeti b’mutur simili tat-tnejn l-oħra. Li hu ċert hu li Rossi mhux se jkun fit-tim uffiċjali ta’ Yamaha fl-2021, sinjal li qed ikompli joqrob iċ-ċans ta’ Rossi li jirtira f’dan l-istaġun.

L-aħbar ta’ Quartaro waslet ġurnata wara dik ta’ Maverick Vinales. Dawn id-deċiżjonijiet jikkonfermaw li Yamaha ħadu deċiżjoni qabel l-avversarji tagħhom biex jassiguraw fost l-aktar talenti żgħażagħ. Quartararo laħaq ftehim ma’ Yamaha waqt żmien il-festi u ffirma fl-ewwel jiem tas-sena saħansitra qabel Vinales, b’tal-aħħar jilħaq ftehim il-ġimgħa l-oħra wara żjara fil-Ġappun.

Ikkummenta

Tags