Kultura Lokali

RITRATTI: Fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għall-Karnival 2020

Miexi ġmielu x-xogħol fuq diversi karrijiet tal-Karnival li qed jitħejjew għaċ-ċelebrazzjonijiet li ta’ kull sena jsiru f’pajjiżna.

Ritratti li kiseb dan il-portal juru lil uħud mid-dilettanti tal-Karnival għaddejin bix-xogħol fl-imħażen rispettivi tagħhom. Dan apparti l-kumpaniji taż-żfin li qed ikompli bil-provi taż-żifna tal-Karnival li preparaw għall-edizzjoni ta’ din is-sena.

Il-Karnival se jkun qed isir bejn il-21 u l-25 ta’ Frar.

Anke f’Għawdex, preparamenti simili jinsabu fl-aqwa tagħhom. Dan apparti ċ-ċelebrazzjonijiet spontanji li jsiru f’diversi irħula.

Fil-jiem li ġejjin, il-programm NETLIVE fuq Net TV se jkun qed ilaqqana ma’ numru ta’ parteċipanti li se jieħdu dehem fil-Karnival ta’ Malta u li mingħandhom nisimgħu x-xogħol li jirrikjedi biex tagħmel karru.

Ritratti: Matthew Tabone