Lokali

Tħassib dwar ir-reputazzjoni ta’ Malta

Fil-mument li Malta kienet għaddeja minn kriżi politika, ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna marret lura.

Sentiment komuni mill-unions u r-rapprezentanti tal-Korpi Kostitwiti li t-Tlieta filgħaxija kienu qed jieħdu sehem f’diskussjoni waqt il-programm Net Live. 

Il-President tal-Kamra tal-SME’s Paul Abela sostna li  meta wieħed iqabbel is-sena 2018 mas-sena 2019, is-settur tan-negozju kellu tnaqqis fil-bejgħ.

Fattur ieħor li kkawża tnaqqis fil-bejgħ kien il-qtugħ kontinwu tad-dawl.

L-istess sentiment kien espress minn Stefano Mallia li f’din id-diskussjoni kien qed jirrappreżenta l-Kamra tal-Kummerċ. Huwa qal li b’dak kollu li kien għaddej f’pajjiżna …huwa fatt maghruf li r-reputazzjoni ta’ Malta ħadet daqqa kbira.

Filwaqt li s-Segretarju Generali tal-GWU Josef Bugeja sostna li l-ambjent f’pajjizna fl-eqqel tal-krizi politika ma kienx bhal Hong Kong…il-Kap Ezekuttiv tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella insista li r-reputazzjoni ħażina affettwat lil diversi kumpaniji. .

Josef Vella sahaq illi huma lesti li jibagħtu messaġġ pożittiv barra minn pajjiżna. Però d-daqqa li qlajna kienet waħda li ħassejniha sew. Għalhekk huwa importanti li flimkien bħala unions u korpi kostitwiti jinstab pjan wieħed għall-ġid tal-pajjiż.