Lokali

Żagħżugħ l-isptar wara inċident bejn karozza u żewġ muturi

Arkivji

Żagħżugħ indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.

Permezz ta’ stqarrija l-Pulzija spjegaw li l-inċident seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli għall-ħabta tat-8.15pm. Il-ħabta seħħet fid-direzzjoni lejn San Ġiljan.

Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 63 sena resident Santa Venera u mutur li kien qed jinstaq minn żagħżugħ mis-Sirja, ta’ 24 sena resident San Ġwann. Kawża tal-inċident, mutur ieħor li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti San Ġwann tilef il-kontroll u waqa’ minħabba li ma rax il-mutur l-ieħor fl-art.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lis-Sirjan l-Isptar Mater Dei.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex inaddfu żejt li nxtered fit-triq.