Kultura Lokali

Arloġġi u inbejjed minflok l-Arċisqof

Kollox jindika li fil-karru li fl-aħħar jiem ħoloq daqxejn ta’ kontroversja mhux ħażin, issa se jdaħħlu fliexken u arloġġ.

Dan donnu qed jalludi għall-istejjer li ħarġu fl-aħħar xhur dwar rigali favolużi li ngħata Joseph Muscat.

Rigali ta’ inbejjed Petrus u arloġġ li nxtara għall 20,000 Ewro fl-2004 tad-ditta Bvlgari li kien irċieva il-Prim Ministru, allegatament mingħand Yorgen Fenech, akkużat kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Id-dilettanti tal-Karnival li kienu involuti fil-kontroversja dwar il-karru tal-Arċisqof, donnhom qed jaħdmu fuq dan il-kunċett ġdid hekk kif fuq Facebook poġġew immaġini tal-partijiet ġodda tal-karru satiriku li qed jaħdmu.