Dalgħodu fil-Qorti ħarġet deċiżjoni favur l-għaqda tas-soċjetà Ċivili Republika u kontra l-Gvern.
Id-deċiżjoni tal-Qorti tgħid li l-Gvern kiser id-drittijiet tal-espressjoni ta’ dawk kollha li kienu jpoġġu fjuri quddiem il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia fi Triq ir-Republika.
Dan għaliex kull meta kienu jitpoġġew fjuri b’sens ta’ rispett lejn il-ġurnalista li ġiet assassinata, il-Ministru Owen Bonnici kien qed joħroġ ordni biex dawn jitneħħew u jintremew minnufih.
Fil-Qorti ħareġ li l-Ministru mexa b’pika u b’ħafna skużi.
F’isem Republika deher fil-Qorti Manuel Delia flimkien mal-avukat ta’ Republika Jason Azzopardi.
Manuel Delia sejjaħ għar-riżenja tal-Ministru Owen Bonnici.
Aktar dettalji dwar din id-deċiżjoni u r-rebħa ta’ Republika fil-ħin li ġej.
//= $special ?>

