Lokali

Il-PM b’sistema tat-Trial and Error

Bħal ta’ qablu, il-Prim Ministru Robert Abela jidher li qed juża’ s-sistema tat-trial and error … jitfa’ proposta, jara tintlaqax jew le, u jekk le, jagħmel u-turn.

Hekk għamel fil-kariga li fl-aħħar jiem ta lill-eks Ministru Konrad Mizzi, bħala l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-OSCE. Kif ukoll meta irtira l-konsulenza tal-Awtorità tat-Turiżmu.

Għax filwaqt li kien il-Gvern Laburista li nnominah f’dawn iż-żewġ karigi – fosthom bil-konsulenza fl-MTA li taghha kien se jitħallas 80,000 ewro – dawn irtirahom hekk kif ra r-reazzjoni negattiva tal-poplu.

Hu kkonferma dan meta mistoqsi minn NET News … anke fid-dawl tal-passat politiku ta’ Konrad Mizzi, li sallum ghadu deputat Laburista u parti mill-Grupp Parlamentari. C

L-Oppożizzjoni qed tikkritika din l-attitudni tal-Prim Ministru Abela, li sa mill-ewwel diskors tiegħu meta rebaħ il-ġlieda għal-Leadership tal-Labour, iddikjara li lest ikompli fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu … tant li wiegħed kontinwità għall-politika ta’ Joseph Muscat.