Lokali

It-tħassib tan-negozji fil-laqgħa tal-Kamra tal-SMEs mal-Prim Ministru

L-istħarriġ ippubblikat ftit tal-jiem ilu mill-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji (SMEs) kien il-qofol ta’ laqgħa li kellha mal-Prim Ministru fl-uffiċċji tagħha.

Iċ-Chairman tal-Kamra Paul Abela spjega d-diffikultajiet li l-SMEs ħabbtu wiċċhom magħhom fl-aħħar xhur tas-sena minħabba l-kriżi politika li pajjiżna ffaċċja grazzi għall-Gvern ta’ Joseph Muscat, filwaqt li appellalu biex jara li l-governanza tajba terġa’ lura fil-ħajja ta’ kuljum.

Paul Abela qal li ta’ kuljum, in-negozji jiffaċċjaw problemi minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi u l-burokrazija – żewġ fatturi li suppost kienu parti mill-pjan tal-Partit Laburista fil-Gvern, iżda li jidhru li ma tantx irnexxa fihom.

Min-naħa tiegħu, u minkejja l-karba tal-Kamra tal-SMEs wara d-diżappunt ta’ dan l-istħarriġ, il-Prim Ministru beda l-kumment tiegħu billi qal li ċifri li għandu hu juru li n-negozji f’pajjiżna sejrin ‘il quddiem.