Għawdex Lokali

RITRATT: Dalgħodu f’San Lawrenz Għawdex

“Qisna fil-Medju Evu”.

Hekk qed jikkummentaw numru ta’ Għawdxin illi dalgħodu raw dan ir-ritratt idur fuq il-media soċjali; ritratt li juri xogħlijiet fuq blokka bini f’San Lawrenz Għawdex.

Net News hu infurmat li dan ix-xogħol kien qed isir bi ftit miżuri ta’ sigurta’, f’għoli ta’ madwar 70 pied. Għalkemm esperti ikkonfermawlna li l-ħaddiema kienu marbutin b’harness.

Oħrajn irrimarkaw li dan it-tip ta’ xogħol ilu snin sħaħ isir b’dan il-mod, għalkemm hemm bżonn nesploraw metodi ġodda.