Lokali

“X’ħa l-poplu minn dan id-Deal?”- Martin Balzan

Dikjarazzjoni ċara mill-President tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba (MAM), waqt li kien qed jiġi intervistat minn Louise Tedesco fil-program Fid-Dettall fuq Net Television – kummenti li waslu b’reazjoni għall-fatt li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien preżenti għal-laqgħa ta’ Steward Healthcare f’Kastilja, li għaliha kienu preżenti kemm il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.

Hekk kif is-saga ta’ Steward qed tissokta…dan il-kuntratt qed jiswa lill-poplu Malti 1.5 biljun ewro; flus li minnhom sa issa ma hadna xejn lura.

Dan il-ftehim kontroversjali li għamel il-Gvern Laburista ilu jisraq ix-xena fin-negattiv għal tul ta’ żmien….. u filwaqt li bosta huma l-entitajiet li qed jitkellmu kontrih, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia għandu kawża l-qorti biex jagħti lura l-isptarijiet lill-Maltin u l-Ghawdxin.

S’issa, il-Gvern qed jagħżel li ma jippublikax il-kuntratt shih tal-bejgħ tal-isptarijiet lil Steward u Vitals.

U filwaqt li l-kuntratti għadhom moħbijin …. il-flus tal-poplu Malti għadhom ħirġin.

Mhux maghruf ezatt x’talbu ta’ Steward fil-laqgha li kellhom ftit tal-jiem ilu gewwa Kastilja.

Ikkummenta