Lokali

Aktar arresti b’rabta mas-serqa ta’ €13-il miljun mill-BOV

Aktar żviluppi b’rabta mal-każ tal-attakk ċibernetiku li ġarrab il-Bank of Valletta lura fi Frar tal-2019.

Dan wara li n-National Crime Agency ħabbret li ġew arrestati 3 irġiel oħra – wieħed ta’ 33 sena fuq suspett ta’ frodi, serq u ħasil ta’ flus u żewġ żgħażagħ li marru għand il-Pulizija minn jheddhom.

L-ewwel arrest seħħ fl-Ajruport ta’ Heathrow, f’Londra wara li rritorna fir-Renju Unit.. proprju miċ-Ċina. Dan filwaqt li t-tieni arrest taż-żewġt irġiel ta’ 23 u 24 sena seħħ f’Belfat, fl-Irlanda ta’ Fuq.

Minn aktar investigazzjonijiet ħareġ fid-deher li ġew trasferiti madwar £800,000 illegalment f’kont f’Belfast li minnu ħarġu pagamenti li jlaħqu £340,000 sakemm ġie ffriżat il-kont.

B’kollox kienu nsterqu mill-kontijiet tal-BOV mat-€13-il miljun.