Internazzjonali Saħħa

CORONAVIRUS: Dikjarat bħala emerġenza ta’ saħħa globali.. ifeġġu l-ewwel każi fl-Italja u fir-Renju Unit

Il-persuni mejta jitilgħu għal 213

Ifeġġu l-ewwel każijiet tal-coronavirus fir-Renju Unit u fl-Italja.

Ftit tal-minuti ilu, uffiċjal mediku prinċipali għall-Ingilterra ħabbar li hemm żewġ membri tal-istess familja li għandhom dan il-virus.

Fl–aħħar sigħat, il-Gvern Taljan ukoll ikkonferma żewġ każi ta’ coronavirus fl-Italja. Dan hekk kif żewġ turisti Ċiniżi għandhom dan il-virus. Huma daħlu l-Italja abbord cruise liner u bħalissa jinsabu taħt kwarantina fi sptar f’Ruma. Bħala prekawzjoni, it-titjiriet minn u lejn iċ-Ċina, fl-Italja ġew sospiżi.

F’temp ta’ tlett ijiem, il-vittmi li mietu kawża tal-Coronavirus żdiedu b’81 persuna. Dan hekk kif il-persuni li s’sissa tilfu ħajjithom telgħu għal madwar 213-il persuna.

Hekk kif l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa oragnizzat laqgħa urġenti dwar din il-kwistjoni, il-Coronavirus ġie dikjarat bħala emerġenza ta’ saħħa globali.

Dan ifisser li l-Coronavirus issa huwa meqjus bħala ‘avveniment straordinarju’ li jikkostitwixxi riskju għal pajjiżi oħra u għalhekk huwa meħtieġ rispons internazzjonali koordinat.

Dan hekk kif il-każi suspettati kompla jikber għal 9,692 persuna.

L-ebda mwiet ma ġew irrappurtati barra ċ-Ċina, iżda l-virus s’sissa infirex f’iktar minn tmintax-il pajjiż.

Ritratt: Sky News