Lokali

Konrad Mizzi kien se jmexxi delegazzjoni f’Zagreb

Il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jinsisti li Konrad Mizzi mhux den biex jirrappreżenta lil pajjiżna.

Sostna dan il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar, meta l-Ħamis filgħaxija  kien il-mistieden ta’ Robert Cremona fil-programm Net Live

Robert Cutajar żvela li fil-ġimgħat li ġejjin se ssir konferenza importanti f’Żagreb, fejn il-Gvern kien se jibgħat lil Konrad Mizzi biex jirrappreżanta lil Malta.

Iżda meta din il-kwistjoni saret maghrufa fil-Parlament, il-Gvern iritira l-isem ta’ Konrad Mizzi milli jitla’ jirrappreżenta lil pajjizna f’din il-laqgħa importanti.

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni minn dejjem kienet konsistenti fil-pożizzjoni tagħha fejn jidhol Konrad Mizzi.

Hu fakkar li hemm ammont ta’ kuntratti li fihom kien involut l-Eks Ministru Konrad Mizzi li għadna ma nafux x’fihom. Dan apparti li f’kuntratti oħra li tqiegħdu fuq il-mejda tal-kamra, kien hemm paragrafi ingassati jew paġni nieqsa.

Aktar kmieni din il-ġimgħa sar magħruf li l-Gvern appunta lill-eks Ministru Konrad Mizzi bħala Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-OSCE – decizjoni li wara giet irtirata. Gie zvelat ukoll li Konrad Mizzi, f’Dicembru, kien tpogga konsulent fl-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu. b’salarju ta’ €80,000 fis-sena.