Manchester United irnexxielhom jagħmlu akkwist tal-aħħar minuta hekk kif laħqu ftehim ma’ Shanghai Shenhua biex sa tmiem l-istaġun ikollhom magħhom lil Odion Ighalo. Ir-Red Devils kienu interessati wkoll f’Joshua King iżda naqsu li jilħqu ftehim fuq il-prezz tat-trasferiment.
Ighalo diġà lagħab fil-Premier League ma’ Watford bejn l-2014 u l-2017 qabel ħalla l-pajjiż biex ingħaqad ma’ Changchun Yatai fis-Super League taċ-Ċina. Is-sena l-oħra hu baqa’ fl-istess diviżjoni iżda ngħaqad ma’ Shanghai Shenhua.
Hu se jsir l-ewwel Niġerjan li jilgħab ma’ Manchester United. Ir-rapporti qalu li l-attakkant mhux se jagħmel l-eżami mediku iżda jinsab tajjeb fiżikament biex jilgħab.
//= $special ?>