Wara li fl-aħħar jiem sar magħruf li l-eks uffiċjal ta’ Kastilja Neville Gafa ħassar il-biljett tiegħu tar-ritorn lejn pajjiżna mit-Tuneżija, l-istess Gafa insista li hu se jirritorna lura lejn pajjiżna fil-jiem li ġejjin.
Madankollu, hu la ta data preċiża ta’ meta beħsiebu jirritorna, u lanqas ikkonferma ezatt fejn jinsab.
Neville Gafa, li sa ftit tal-jiem ilu kellu uffiċju Kastilja, bħalissa huwa s-suġġett ta’ għadd ta’ kawżi l-Qorti. Hu telaq lejn it-Tuneżija fid-19 ta’ Jannar, jum biss qabel ma l-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat, Keith Scbembri qabad titjira lejn l-istess destinazzjoni.
Gafa għandu allegazzjonijiet li rċieva l-mijiet tal-eluf ta’ ewro mingħand Libjani li riedu visas mediċi waqt il-Gwerra tal-Libja. Jingħad li wara li ħarġu dettalji dwar il-pagamenti li rċieva, hu kellu laqgħat sigrieta ma’ membri tal-milzja Libjana propju biex jiddiskuti dawn il-visas.
Mhux magħruf jekk Gafà hux beħsiebu jirritorna lura mit-Tuneżija. Jekk beħsiebu jirritorna lura Malta, l-ewwel titjira tal-Air Malta hija kmieni nhar it-Tnejn filgħodu.
Jekk jirritorna lura b’din it-titjira, Gafà jkollu ħin biżżejjed biex jattendi għas-seduta li jmiss fil-Qorti. Seduta skedata għat-Tnejn f’nofsinhar.
Neville Gafà, li sena ilu kien impjegat mal-Ministeru tas-Saħħa, kellu l-kuntratt tiegħu itterminat mill-Viċi Prim Ministru Chris Fearne f’Diċembru tal-2018, iżda baqa’ jaħdem fl-istess uffiċju “b’mod volontarju”.
Finalment Gafa’ rreżenja ftit tal-ġimgħat ilu wara li Robert Abela ħa l-ġuramant tal-ħatra bħala Prim Ministru.
//= $special ?>