Futbol Sport

Tispikka Floriana v Birkirkara mal-aħħar tmienja tal-FA Trophy

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Il-leaders tal-kampjonat Floriana telgħu kontra Birkirkara f’dik li titqies l-aħjar logħba mill-kwarti tal-finali tal-FA Trophy. Inċidentalment, Birkirkara hu l-uniku tim li għeleb lil Floriana fil-kampjonat sa issa u għalhekk għandu jitqies bħala wieħed mill-aktar avversarji diffiċli li seta’ jkollhom il-Furjaniżi.

Hibernians se jilagħbu kontra Ħamrun Spartans. Għalkemm il-Pawlisti jibdew favoriti li jgħaddu għas-semifinali, Ħamrun kien wieħed mit-tliet timijiet li rebaħ kontrihom f’dan il-kampjonat.

Ir-rebbieħa tal-istaġun li għadda Balzan, kellhom l-aktar polza favorevoli hekk kif se jaffrontaw lil Pietà Hotspurs li hu l-unika tim fil-polza mill-Ewwel Diviżjoni. Balzan se jkunu qed jitfgħu l-attenzjoni tagħhom f’din il-kompetizzjoni hekk kif jidher li hu diffiċli li jiksbu post fl-Ewropa fil-kampjonat.

L-avversarji tal-finalisti tal-istaġun li għadda Valletta huma Gudja United, bil-Beltin huma favoriti wkoll li jgħaddu għas-semifinali. Dan minkejja li fl-ewwel rawnd tal-kampjonat, Gudja taw battikata lil Valletta.

Fatt interessanti hu li ħamsa mit-tmien timijiet kienu preżenti f’din il-fażi fl-istaġun li għadda. Il-logħbiet tal-kwarti tal-finali jintlagħbu fid-29 ta’ Frar u l-1 ta’ Marzu.

Kwarti tal-finali

Floriana v Birkirkara

Balzan v Pietà H.

Valletta v Gudja

Hibernians v Ħamrun S.