Lokali

400,000 karozza fit-toroq Maltin

Sal-aħħar tas-sena li għaddiet, l-ammont ta’ karozzi liċenzjati fit-toroq Matain kien ilaħħaq kważi 400,000 vettura.

Minn dan it-total, 77.3% kienu karozzi tal-passiġġiera, kważi 14% kienu vetturi kummerċjali filwaqt li kważi 8% kienu muturi.

Statistika tal-NSO turi li fl-aħħar tliet xhur tal-2019, kien hemm żieda ta’ 28 karozza ġdida kuljum li ħarġu fit-toroq Maltin.

Fl-aħħar tliet xhur tas-sena kien hemm total ta’ iktar minn 6000 karozza ġdida fit-toroq Maltin, bil-maġġoranza tagħhom jkunu karozzi tal-passiġġieri. Filwaqt li kien hemm total ta’ kważi elf mutur ġdid.

Meta wieħed iqabbel dan il-perjodu mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel, jinnota li kien hemm żieda ta’ iktar minn 12,000 karozza ġdida fit-toroq.

Madwar 236,000 karozza għadhom magna petrol filwaqt li iktar minn 154,000 huwa diesel. Karozzi li jaħdmu bl-elettriku jammontaw biss għal ftit iktar minn 4,490 vettura. Imqabbel mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel, kien hemm żieda ta’ madwar 150%.

Tags