Lokali

Ajruplan żgħir involut f’inċident fuq il-mitjar tal-Ajruport

Ajruplan żgħir kien involut f’inċident fuq il-mitjar sekondarju tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra.

Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma li membri mit-tim ta’ Salvataġġ u tifi tan-nar intbagħtu fuq il-post għall-assistenza fejn is-sitwazzjoni kienet taħt kontroll fi ftit sekondi.

Fuq l-ajurplan ma kien ebda passiġġiera, bil-pilota ta’ jsofri ebda ġrieħi.

Filwaqt li l-mitjar prinċipali tal-ajruport ma kinx affettwat minn dan l-inċident, tim mill-Ajruport Internezzjonali ta’ Malta għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex is-sitwazzjoni terġa’ tirritorna għan-normal.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.