Futbol Sport

Gowl kmieni fit-tieni taqsima jagħti rebħa importanti lil Mosta

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rapport: Rowen Camilleri

MOSTA……………………… 1

SENGLEA ATHLETIC….. 0

Mosta: N. Vella, S. Martinez, T. Agius, T. Yokochi, R. Morisco, E. Sohna, C. Chaney (K. Gatt), T. Farrugia, D. Brown, M. Muchardi, Z. Brincat

Senglea A.: M. Farrugia, C. Zammit, S. Olberkis, D. Debono, S. Arab (T. Marukawa 69’), G. Virano, W. Texeira, J. Tanti (J. Debono 54’), S. Cipriott (R. Almeida 54’), J. Cabral, A. Carneiro

Imwissija: J. Tanti 48’, S. Olberkis 78’ (S) M. Muchardi 75’ (M)

Skorja: R. Morico 47’ (M)

Referee: Glenn Tonna

Assistenti Referees: Luke Portelli, Paul Apap

Il-mument Plejer tal-logħba: Christian Chaney (Mosta)

BOV Plejer tal-logħba: Rafael Morisco (Mosta)

Attendenza: 448

Mosta kisbu tliet punti importanti li jpoġġuhom fis-sitt post bi 22 punt meta rebħu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0. Kienet partita li setgħet marret iż-żewġ naħat hekk kif il-logħob kien maqsum għal ħinijiet twal, iżda l-Mostin irnexxielhom iżommu l-vantaġġ li kisbu kmieni fit-teni taqsima.

 Mosta, minbarra l-eliminazzjoni mill-F.A. Trophy kienu, ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra Sirens fil-kampjonat filwaqt li Senglea li wkoll ġew elimniati wara l-ħin barrani minn Floriana, fil-kampjonat kienu ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Birkirkara.

Għaddew biss 30 sekonda u Senglea għoddhom fetħu l-iskor meta b’ħarba tajba Juninho Cabral qata’ d-difiża avversarja u qabeż ukoll lill-gowlkiper iżda minn qagħda angolata tefa’ barra. Mosta rrispondew fit-13-il minuta meta l-Ġappuniż Yokochi tefa’ kross insidjuż li sab lil Texeira iżda minn taħt il-lasta dan tefa’ barra. Fil-35 minuta Mosta kienu sfortunati li ma skurjawx. Martinez daħal tajjeb fil-kaxxa, qabeż lil Siraj Arab u qassam lil Brincat iżda xxutt ta’ dan tal-aħħar stampa mal-mimduda.

Fit-tieni taqsima, bidu eċċellenti għall-iskwadra ta’ Mark Miller hekk kif żewġ minuti biss mill-bidu, Takanori Yokochi inkariga ruħu minn korner li sab lil RAFAEL MORISCO li b’daqqa ta’ ras għeleb għal kollox lil Farrugia.

Fit-63 minuta Muchardi għal Mosta, tefa’ kross lejn Chaney li żmarkat għal kollox bir-ras tefa’ barra. Fit-82 minuta Mosta marru viċin it-tieni gowl meta Chaney qassam fil-kaxxa lil Zachary Brincat li l-konklużżjoni tiegħu ġiet salvata tajjeb minn Farrugia. Tliet minuti wara Senglea rrispondew meta s-sostitut Almeida pprova xutt minn tarf il-kaxxa bil-gowlkiper Vella b’diffikultà dawwar f’korner.