Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb stqarr fuq Net Live li l-Kamra taqbel ma’ ħatriet bis-sistema ta’ żewġ terzi.
Il-kwistjoni taż-żewġ terzi tul l-aħħar xahar kienet qed tkun diskussa bosta drabi wara t-tluq tal-Laurence Cutajar bħala Kummissarju tal-Pulizija.
Madankollu l-Prim Ministru Robert Abela jrid li jkun hemm mudell differenti li ma involvix iż-żewġ terzi tal-Parlament. Dan il-mudell ta’ Abela infatti ġab kritika qawwija minn numru ta’ esperti.
Fost l-akbar kritiċi tal-mudell tal-Gvern Laburista, kien hemm l-Imħallef irtirat Giovanni Bonello u l-Professur fl-Università ta’ Malta Kevin Aquilina.
L-akbar kritika tibqa’ għall-fatt li l-Prim Ministru essenzjalment se jżomm kontroll fl-għażla tal-Kummissarju, mentri l-mudell imressaq mill-Oppożizzjoni jfisser li l-isem tal-Kummissarju jitressaq quddiem il-Parlament għall-approvazzjoni tal-maġġoranza tad-deputati….bis-sistema taż-żewġ terzi.
Il-mudell taż-żewġ terzi diga’ ħadem f’okkażjonijiet oħra, fosthom fil-ħatra tal-Ombudsman, tal-Awditur Ġenerali u tal-Kummissarju għall-Istandards.
Dwar dan anki d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fl-aħħar ġimgħat tkellem appertament favur l-għażla ta’ Kummissarju tal-Pulizija biż-żewġ terzi tal-vot tal-Parlament.
//= $special ?>