Futbol Sport

Imut Luciano Gaucci, missier il-President ta’ Floriana u eks President ta’ Perugia

Luciano Gaucci miet fl-età ta’ 81 sena f’Santo Domingo. L-eks President ta’ Perugia qatta’ l-aħħar snin fir-Repubblika Dominikana. Hu jibqa’ mfakkar għall-kontribut tiegħu fit-tlielaq taż-żwiemel u fil-futbol.

Gaucci kien il-President ta’ Perugia bejn l-1991 u l-1999 u baqa’ magħruf mal-partitarji ta’ dan it-tim bħala ‘Luciano Uragano’. Gaucci mexxa lil Perugia għar-rebħ ta’ Tazza Intertoto fl-2003 kif ukoll għal parteċipazzjoni fit-Tazza UEFA.

Tul ir-renju tiegħu Perugia kisbu numru ta’ riżultati pożittivi u rnexxielu jwassal lit-tim mill-Umbria mis-Serie C għas-Serie A u pproduċa numru ta’ plejers rinomati fosthom Marco Materazzi u Hidetoshi Nakata. It-Taljan hu missier il-President attwali ta’ Floriana Riccardo Gaucci.

Net Sports jagħti l-kondoljanzi lill-familja Gaucci.