Lokali

Konferma li l-għoti tat-tliet sptarijiet kien pjan biex jinsterqu l-assi tal-poplu

Illum il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ippubblika r-rapport tal-evalwazzjoni li l-Gvern ipprova izomm sigriet. Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet ta dettalji dwar dan ir-rapport talevalwazzjoni li wassal biex Vitals jingħataw tliet sptarijiet tal-poplu. Ir-rapport ingħata lillKap tal-Oppożizzjoni b’deċiżjoni tal-Qorti.

Adrian Delia qal li huwa ċar li nħadem pjan li l-għan aħħari tiegħu kien li jinsterqu l-assi talpoplu ħalli xi wħud jagħmlu il-miljuni minn fuq dahar il-poplu.

Adrian Delia wera li mir-rapport joħroġ li fuq l-evaluation panel kien hemm Manwel Castagna wieħed mis-sieħba tan-Nexia BT.

Ir-rapport jinkludi l-obbligi li kellhom jaghmlu Vitals. Skond dawn l-obbligi, Vitals kellhom jinvestu €179 miljun fuq medda ta’ ftit snin biex iwettqu dawn l-obbligi. Minflok dan linvestiment rajna il-Gvern iżid sena wara l-oħra, mill-finanzi pubbliċi, in-nefqa fuq it-tliet sptarijiet. Flok investa fil-privat kif wiegħed, spiċċa il-poplu iħallas il-miljuni kbar lillkumpanija privata li naqset milli tagħmel l-obbligi tagħha.

Il-Gvern irid iwieġeb għal dan l-iskandlu. Il-Ministru tal-Finanzi irid iwieġeb u jispjega x’qed isir mit-taxxi tal-poplu. Il-Ministru tas-Saħħa irid jispjega x’seta jsir b’dan il-flus li kieku intużaw biex tassew iġibu titjib fil-qasam tas-saħħa. Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Robert Abela għandu llum stess jieħu passi kontra kull min kien involut f’dan il-proċess.

Dan kien proċess ta’ evalwazzjoni biex jiġġustifika l-inġustifikabbli. Il-poplu għandu dritt għat-trasparenza u għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li d-dokument jiġi pubblikat. Hemm ċertezza li dak li l-poplu kellu jieħdu mhux qed jieħdu. Dan ifisser li hemm responsabbilità politika li trid tinġarr mhux l-inqas mill-Ministru tal-Finanzi, mill-Ministru tas-Saħħa u anke mill-Prim Ministru.

L-Oppożizzjoni ser tkompli tinsisti biex anke f’dan il-każ toħroġ il-verita u joħorġu il-fatti kollha, u tinġarr ir-responsabbilità minn kull min kien involut f’din is-serqa oxxena.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm l-Avukat u Deputat Nazzjonalsita Jason Azzopardi, l-Avukat Edward Debono kif ukoll id-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara.