Futbol Sport

Rebħa importanti għal Santa Lucia f’logħba mimlija azzjonijiet

(Ritratt: James Galea)

Rapport: Luke Micallef

SANTA LUCIA……………. 2

GUDJA UNITED…………. 1

Santa Lucia: T. Aquilina, G. Bohrer Mentz, K. Correia, J. Mendoza, M. Maia Da Silva (D. Segura 73’), K. Ante Rosero, J. Walker, D. Agius, J. Zerafa, P. H. Santos De Azevedo (J. Magri Overend 78’), L. Grech (L. Galea 83’)

Gudja: J. Debono, J. Farrugia (J. Brincat 65’), J. Bondin, A. J. Friggieri, E. Zarate Bilbao, A. De Barros, M. Jimenez (R. Winchester 46’), H. Vella, N. Rodrigues Ferreira, J. Grioli (G. Mensah 85’), I. Gonzalez Benac

Imwissija: J. Grioli 64’, H. Vella 87’ (G), T. Aquilina 71’, J. Zerafa 77’ (S),

Skorjaw: K. Ante Rosero 15’, J. Mendoza 33’ (S), R. Winchester 71’ (G)

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Thomas Debono, Ivan Galea

Il-mument Plejer tal-logħba: Kevin Ante Rosero (Santa Lucia)

BOV Plejer tal-logħba: Kevin Ante Rosero (Santa Lucia)

Attendenza: 548

Rebħa u tliet punti importanti għal Santa Lucia f’konfront dirett fin-naħa t’isfel tal-klassifika hekk kif il-ġirien Santa Lucia u Gudja ltaqgħu kontra xulxin, bit-tim minn Santa Luċija joħroġ b’rasu mgħollija. Fil-battuti inizjali tal-logħba, dehret li se tkun waħda movimenta u bil-logħob maqsum bejn iż-żewġ timijiet, bil-ballun tiela’ u nieżel. Iżda kien it-tim ta’ Santa Luċia li kien l-aktar dixxiplinat u avventuruż u ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 2-1.

Lura fil-15 ta’ Settembru tas-sena l-oħra, fl-ewwel rawnd tal-Kampjonat Premier, il-logħba bejn dawn iż-żewġ timijiet kienet spiċċat fi draw ta’ 1-1. Gudja kienu ġejjin minn draw kontra Ħamrun, filwaqt li fl-aħħar żewġ ħarġiet, Santa Luċia ħadu punt kontra Valletta u tliet punti kontra Gżira United.

Fid-disa’ minuta, Aidan Jake Friggieri inkariga minn free-kick li wasal għand Miguel Jimenez li ta daqqa ta’ ras fjakka li ma ħolqot l-ebda periklu. Minuta wara rrispondew Santa Luċia permezz ta’ xutt ta’ Jackson Mendoza li għadda ftit barra.

Mal-kwarta logħob Santa Lucia marru minn fuq. Id-difensur Gudjan Jonathan Bondin prova jbiegħed il-periklu wara kross fil-kaxxa, b’ġirja baqa’ dieħel KEVIN ANTE ROSERO li b’daqqa ta’ ras stupenda għeleb għal kollox lil Debono. Tliet minuti wara Santa Luċia rdoppjaw. Xutt fil-baxx ta’ JACKSON MENDOZA minn barra l-kaxxa li għeleb għal kollox lil Debono.

Fis-56 minuta, it-tim immexxi minn Josef Mansueto pprova jidħol fil-partita b’xutt tajjeb ta’ Justin Grioli, li sab lil Aquilina attent u laqa’ parzjalment, bid-difensur Gabriel Bohrer Mentz itajjar il-periklu u tefa’ f’korner. Fit-62 minuta, nuqqas ta’ ftehim fid-difiża ta’ Santa Luċia, sab lil Edison Bilbao Zarate attent li pprova japprofitta, iżda ma rnexxielux iqabbeż fuq Aquilina, bil-ballun jispiċċa għoli.

Fil-71 minuta Gudja daħlu fil-partita. Zarate Bilbao għadda l-ballun lejn RENALD WINCHESTER li b’xutt b’saħħtu mill-viċin għeleb lil Aquilina. Fl-aħħar 20 minuta, Gudja pruvaw iġibu d-draw iżda Santa Lucia kkontrollaw tajjeb.

Tags