Roma jistgħu jitilfu r-raba’ post għada wara li kienu megħluba 4-2 minn Sassuolo fil-Mapei Stadium. Il-logħba kienet għat-telgħa mill-bidu wara li FRANCESCO CAPUTO poġġa lil Sassuolo minn fuq b’żewġ gowls fis-seba’ u s-16-il minuta. FILIP DJURICIC saħansitra għamilhom 3-0 fis-26 minuta wara li tħalla waħdu f’pożizzjoni perikoluża.
It-tim ta’ Paulo Fonseca beda r-rimonta fil-55 minuta b’daqqa ta’ ras mill-qrib ta’ EDIN DZEKO u għalkemm kellhom lil Lorenzo Pellegrini mkeċċi fid-69 minuta, daħlu fil-logħba erba’ minuti wara minn penalty ta’ JORDAN VERETOUT. Madankollu kien JEREMIE BOGA li ftit sekondi wara għalaq il-logħba.
Cagliari u Parma spiċċaw 2-2 fis-Sardegna Arena. JOAO PEDRO poġġa lil Cagliar minn fuq fid-19-il minuta b’konklużjoni fil-baxx fuq l-ewwel lasta iżda JURAJ KUCKA ġab id-draw fit-42 minuta b’konklużjoni mill-viċin. Joao Pedro falla penalty kmieni fit-tieni taqsima sakemm GIOVANNI SIMEONE poġġa lit-tim ta’ Rolando Maran fil-vantaġġ fl-54 minuta. Kien ANDREAS CORNELIUS li evita telfa għal Parma b’daqqa ta’ ras fid-90 minuta.
Bologna kisbu rebħa drammatika wara li għelbu lil Brescia 2-1 fi Stadio Renato Dall’Ara. Kienu Brescia li marru fil-vantaġġ fis-36 minuta minn penalty ta’ ERNESTO TORREGROSSA. It-tim ta’ Sinisa Mihajlovic ġab id-draw fit-43 minuta b’xutt fil-baxx ta’ RICCARDO ORSOLINI biex fid-89 minuta skorjaw il-gowl tar-rebħa b’konklużjoni mill-kaxxa tad-difensur MATTIA BANI.
Serie A
Illum: Bologna v Brescia 2-1, Cagliari v Parma 2-2, Sassuolo v Roma 4-2
Għada: Juventus v Fiorentina 12.30pm, Milan v Verona 3.00pm, Atalanta v Genoa 3.00pm, Lazio v Spal 3.00pm, Lecce v Torino 6.00pm, Udinese v Inter 8.45pm
It-Tnejn: Sampdoria v Napoli 8.45pm
//= $special ?>