Rapport: Rowen Camilleri
ĦAMRUN S…………. 2
TARXIEN R…………. 3
Ħamrun: M. Bartolo, A. Capitelli, N. Mikallef (C. Cutajar, J. Soares, N. Leone, M. Fava, A. Scicluna (C. Galea 66’), K. Micallef, R. Henriques (M. Gauci 51’), V. Alinho, M. Cinquini 82’)
Tarxien: R. Briffa, T. Veronese, D. Mambouana (M. Ciantar), B. Muscat, G. Camilleri, A. Azzopardi (M. Stanojevic 58’), A. Andrejic, S. Shaba, M. Tabone, L. Brincat (P. Kanzurov 92’), D. Zerafa
Imwissija: N. Micallef 7’ J. Soares 50’ N. Leone 72’, V. Alinho 91’, M. Bartolo 93’ (Ħ), M. Tabone 45’, S. Shaba 50’, D. Mambouana 53’, D. Zerafa 72’ (T)
Skorjaw: A. Scicluna 7’, N. Leone 75’ (Ħ), A. Andrejic 38’, 48’ 76’ (T)
Referee: Alex Johnson
Assistenti Referees: Edward Spiteri, James Muscat
Il-Mument Plejer tal-logħba: Aleksa Andrejic (Tarxien Rainbows)
BOV Plejer tal-logħba: Aleksa Andrejic (Tarxien Rainbows)
Kontra kull mistenni, Tarxien Rainbows kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 3-2. Kienet partita movumentata ħafna, biż-żewġ timijiet ikollhom l-opportunitajiet tagħhom iżda Aleksa Andrejic kien f’vena mill-aqwa u skurja tliet darbiet biex ta l-ewwel rebħa lil Tarxien u ftit tan-nifs ukoll lill-kowċ Demis Scerri.
Għall-Ħamrun f’din il-partita ddebuttaw żewġ akkwisti li kienu rreġistrati fl-aħħar jiem li huma l-midfielder Taljan Marcello Fava u d-difensur Brażiljan Rafael Henriques. Neqsin mill-iskwarda kien hemm Soufiane Lagzir u Clayton Failla li jinsabu imweġgħin u l-gowlkiper riserva Jean Debattista li kien ma jiflaħx. Fuq in-naħa l-oħra Luca Brincat iddebutta għar-Rainbows.
Wara biss seba’ minuti l-Ispartans marru fil-vantaġġ, meta minn kontrattakk kien iż-żagħżugħ Nikolai Micallef li qabad il-ballun minn nofs il-pitch, baqa javvanza, qassam lejn Soares, b’dan tal-aħħar jitfa’ lejn in-nofs fejn sab lil ANDRÈ SCICLUNA li bi prattikament lasta vojta tefa’fix-xibka.
Seba’ minuti wara Ħamrun kellhom ċans jirduppjaw meta l-kross ta’ Nikolai Micallef ħabat ma’ idejn Muscat fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty iżda mill-11-il metru Jorge Soares ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ minn Briffa. Fit- 38 minuta Tarxien meritatament kisbu l-gowl tad-draw. Kienet azzjoni personali ta’ ALEKSA ANDREJIC li avvanza, qabeż lil Henriques u minn quddiem Bartolo ma żbaljax.
It-tieni taqsima ma setgħetx bdiet aħjar għal Tarxien meta wara biss tliet minuti marru fil-vantaġġ hekk kif Mambouna qassam lil ALEKSA ANDREJIC li b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa għeleb lil Bartolo. Ħamrun ġabu d-draw fl-74 minuta meta free-kick ta’ Cinquini sab lil NICOLA LEONE u b’xutt bid-dawra għeleb lil Briffa.
Il-partitarji ta’ Ħamrun ma damux wisq jifirħu għax għaddew biss żewġ minuti sakemm Tarxien reġgħu marru fil-vantaġġ. Kienet azzjoni oħra personali tal-plejer tal-logħba ALEKSA ANDREJIC li minn tarf il-kaxxa b’xutt sabiħ tefa’ l-ballun fl-angolu biex b’hekk għaqqad tripletta personali.
//= $special ?>