Internazzjonali Saħħa

Coronavirus: Konfermat l-ewwel każ ta’ mewt barra ċ-Ċina

Kien konfermat illi raġel Ċiniż ta’ 44 sena miet fil-Filippini bil-Coronavirus. Jidher li r-raġel kien infettat bil-virus qabel wasal fil-Filippini.

Dan il-każ hu l-ewwel wieħed barra ċ-Ċina.

S’issa n-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom jammonta għal 300 persuna, kollha fiċ-Ċina, apparti dan il-każ.

Ċittadini Amerikani li rritornaw mill-provinċja ta’ Hubei, fejn oriġina dan il-virus, se jitpoġġew taħt kwarantina għal 14-il jum.

S’issa ġew konfermati kważi 14,000 każ tal-coronavirus, ħafna minnhom fiċ-Ċina. Aktar minn 100 każ ġew irrapportati barra miċ-Ċina, fi 22 pajjiż differenti.