Sport

Lejn Tokyo 2020 u l-25 sena tal-Handball fil-programm Sport Extra tal-lum

Charles Camenzuli jintervista lill-President tal-MHA Louis Borg

Wara waqfa ta’ ġimgħa, illum fil-4.50pm fuq Net Television jixxandar il-15-il programm Sport Extra għal din is-sensiela. L-ewwel parti tal-programm hi dedikata għall-25 anniversarju minn meta bdiet il-Malta Handball Association.

Intervisti ma’ Louis Borg li ilu President għal dawn l-aħħar 25 sena, Andrew Decelis li hu l-Viċi President tal-Assoċjazzjoni kif ukoll wieħed mill-kowċis ewlenin Daniel Tanti Farrugia. F’din l-ewwel parti dettalji dwar dak li l-assoċjazzjoni qed tħejji biex ikun ċelebrat dan l-anniversarju.

Fit-tieni parti tal-programm, se tingħata bidu għal serje ta’ servizzi b’rabta mal-Olimpjadi ta’ Tokyo aktar tard din is-sena. Charles Camenzuli intervista lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti Joe Cassar b’tagħrif dwar is-settur loġistiku tal-Logħob Olimpiku meta ninsabu sitt xhur mill-ftuħ.

Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’filmati minn Joe Sultana u muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri.