Lokali

Mara bi ġrieħi gravi wara li waqgħet sular

Mara minn Wied il-Għajn kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqgħet minn għoli.

Il-każ seħħ f’residenza f’Marsaskala fi Triq l-Imriekeb għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 40 sena waqgħet madwar sular waqt li kienet nieżla sellum.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-mara l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

Intant il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa.