Lokali

Raġel arrestat iweġġa’ uffiċjal tal-Pulizija u jinqabad fil-pussess tad-droga

Raġel li ġie arrestat għax kien qed ikun vjolenti fuq barra ta’ stabbiliment viċin il-Bajja ta’ Spinola spiċċa jweġġa’ uffiċjal tal-Pulizija u nstab fil-pussess tad-droga.

Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tat-tlieta u nofs meta l-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u sabu lir-raġel ta’ 32 sena mis-Sudan.

Il-Pulizija ppruvat kemm-il darba tikkalma lir-raġel iżda dan baqa xorta waħda jkun vjolenti fil-konfront tal-Pulizija u anke beda jhedded lill-istess Pulizija.

Kif il-Pulizija marret biex tarrestah, ir-raġel ħarab jiġri minn fuq il-post. Il-Pulizija ġrew warajh, sakemm laħquħ u ġie arrestat ftit ‘l bogħod bl-assistenza tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Waqt l-arrest, ir-raġel qabad Surġent tal-Pulizija minn għonqu u kkawżalu xi ġrieħi.

Malli kien immanettjat, il-Pulizija għamlet tfittxija fuq ir-raġel u nstab fil-pussess ta’ erba’ pakketti b’sustanza ħadra u pinnola allegatament droga.

Ir-raġel ittieħed l-Għassa ta’ San Ġiljan u wara ġie eskortat lejn il-Kwartieri Ġenerali talPulizija għall-iktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.