Lokali

Titperreċ it-telqa infrastrutturali li ħalliet warajha Justyne Caruana

F’dawn l-aħħar ġimagħtejn il-Perit Clint Camilleri, li hu l-Ministru l-ġdid għal Għawdex, kontinwament perreċ it-telqa infrastrutturali li kienu qed jgħixu fiha l-Għawdxin fl-aħħar snin kaġun, tal-għajta tan-nies madwar il-Ministru Camilleri, li Justyne Camilleri qatt ma kienet għall-altezza biex tagħti spinta lix-xogħlijjiet infrastrutturali madwar Għawdex.

Fost l-aktar reċenti l-battuti tal-Ministru Clint Camilleri fir-rigward ta’ Pjazza San Franġisk fir-Rabat li tiġi wkoll il-Pjazza fejn hemm il-Ministeru għal Għawdex.

Wara li kien inbeda x-xogħol fuq din il-pjazza u nqalgħet l-art kollha mit-tarmak li kellha, prattikament ix-xogħol jew waqaf jew beda jimxi b’pass ta’ nemla sal-punt li l-komunità kummerċjali tal-inħawi ħadet daqqa kbira ‘l isfel.

Ix-xogħlijiet f’din il-pjazza partikulari kien ilhom għaddejjin bosta xhur anki jekk lill-Eks Ministru Justyne Camilleri kontinwament kienu jaslulha talbiet biex ix-xogħlijiet jitħaffu. Madankollu kull karba baqgħet taqa’ fuq widnejn torox u fiha nnifisha din is-sitwazzjoni kienet issegwi l-għajta ta’ ħafna li Justyne Caruana ma kenitx għall-altezza li tokkupa l-kariga ta’ Ministru għal Għawdex.

It-telqa fi Pjazza San Franġisk wasslet biex anki tħarbat l-andament tat-traffiku fl-inħawi u saħansitra f’ċerti ħinijiet tal-ġurnata kien ikun hemm sriebet ta’ kjuwijiet ta’ karozzi, b’mod partikulari filgħodu u waranofsinhar b’rabta mal-ħinijiet tal-iskola.

Dwar din is-sitwazzjoni fir-Rabat, Għawdex, ikkummentat ukoll fuq il-media soċjali Nathalie Gatt Ellis li kitbet: “Aħna r-residenti li noqogħdu fl-area tal-Iskola tal-Vajrinġa qed ikollna ħafna ħinijiet twal b’serbut twil ta’ karozzi u numru esaġerat ta’ trakkijiet il-ħin kollu għaddejin minn toroq vera dojoq! Ma nafx x’se jiġri f’każ ta’ emerġenza! Għandu jsir pjan biex almenu t-trakkijiet ma jgħaddux miċ-ċentru tar-Rabat!”

Anki Marlene Xiberras ilmentat u qalet li: “Prijorità għandha tingħata lill-proġetti mibdija forsi xi darba jitlestew mhux kull biċċa xogħol tieħu s-snin… imbagħad jinbdew oħrajn ġodda… ftit ħsieb u għaqal kull m’hemm bżonn!”

Rose Cini enfasizzat li: “Ma tridx tkun għaref wisq… ix-xogħol ma jsirx waħdu!” u dan il-kumment sar bi tweġiba għal xi ħadd li ffirma ‘Bruce Malti‘ li kkummenta: “…mhux ħafna xeni u paroli u ma tlesta xejn f’sentejn u nofs!”

Fl-isfond ta’ din id-diskussjoni – li fiha ħadu sehem bosta persuni – ikkummenta wkoll Charlton Cassar li kiteb: “L-aqwa ħaġa li tista’ tagħmel għal Għawdex għax il-miljun turist li ġew kollha ħadu xokk meta raw kullimkien imfarrak.”

Hawnhekk botta oħra mill-Ministru Clint Camilleri għal min irid jifhem: “Biex ix-xogħol jitlesta fil-ħin… ħaddiema trid…” u f’kumment ieħor qal li ta struzzjonijiet lill-kuntrattur biex ix-xogħlijiet konnessi ma’ Pjazza San Franġisk jitlestew sas-sajf li ġej.

Sadattant l-istess Clint Camilleri ma naqasx biex jifraħ lil Justyne Caruana għall-ħatra tagħha ta’ President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Abbozzi ta’ Liġijiet fejn il-Ministru għal Għawdex qalilha: “Konvint li se tagħmel xogħol impekkabbli!”

Ripetutament Clint Camilleri f’dawn l-aħħar ġimagħtejn wiegħed li se jagħti prijorità lill-proġetti infrastrutturali f’Għawdex għaliex il-lista ta’ xogħlijiet fi stat ta’ abbandun madwar Għawdex hi twila.

Anki hawnhekk numru twil ta’ interventi minn diversi Għawdxin, fosthom Charlene Caruana li kitbet: “… wara Pjazza San Franġisk ikun imiss Triq Sir. Adrian Dingli fir-Rabat għax saret qisha Baghdad!”

Joyce Camilleri wieġbet u qalet li: “Hemm bżonn li tieħu ħsieb il-latrina tar-Rabat għax il-ħmieġ u l-mandra li kien hemm ommi ma… Jaqaw din il-latrina ma titnaddafx?”

Kien hemm min wessa’ xi ftit l-argument għat-telqa fir-rigward tal-proġetti l-oħrajn, fosthom Triq l-Imġarr u Joseph Engerer kiteb: “I’m sure you will be looking seriously at Mgarr road. For over a year no work has been done which is an insult to Nadur residents and more traffic for Qala.”

Wieġeb Lewis Camilleri li kiteb: “Well done Clint. Your predecessor left the Gozo roads like a third world country. She didn’t give a dam about the roads at all.  All she does was posing on the TV. Please take care of our roads, especially the one for Nadur to Mgarr which has been two years since it was closed. It is a disgrace.”

Kompla jsammar il-musmar Louis Scarab Portelli li qal li: “Gozo’s streets are in despeate need of redoing, especially in Nadur and in Qbajjar.”

Weġbitu Jolene Bugeja li qalet li: “Gozo urgently needs attention on all roads!”

Il-lista ta’ xogħlijiet li għandu quddiemu u li jenħtieġu attenzjoni u prijorità l-Ministru Clint Camilleri hi twila u tinkludi mhux biss it-toroq tar-Rabat, tan-Nadur u tal-Qbajjar, u t-triq li mill-Imġarr tieħu għan-Nadur, imma wkoll l-istat diżastruż u perikoluż li jinsabu fihom Triq ta’ Kenuna u t-Triq tal-Madonna ta’ Fatima fin-Nadur.

Qabel ma żarmat minn Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana kienet ammettiet li “z-zona inkwistjoni hi milquta minn sfidi ġeoloġiċi kbar li matul is-snin ġew ittraskurati u sar biss xogħol ta’ kisi bit-tarmak fil-wiċċ li kompla jiggrava s-sitwazzjoni.”

Quddiem tali dikjarazzjoni, ir-residenti f’dawn it-toroq jistaqsu: Allura l-Eks Ministru Justyne Caruana x’qagħdet tistenna biex b’mod effettiv tindirizza l-problemi serji infrastrutturali f’dawn it-toroq.

Inutli li l-Eks Ministru Justyne Caruana kienet taf b’dawn il-problemi u ma indirizzathomx kif għamlet fir-rigward tat-triq ewlenija li minn Nadur tagħti għall-Imġarr li ilha xhur twal magħluqa.