Futbol Sport

Doppjetta ta’ Lukaku żżomm lil Inter fit-tieni post

Romelu Lukaku skorja doppjetta fit-tieni taqsima f’Udine biex reġgħu telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara li l-Juventus aktar kmieni rebħu l-konfron tagħhom kontra Fiorentina bl-iskor ta’ 3-0.

L-ewwel gowl wasal fil-61 minuta meta Barella ta passaġġ meqjus lill-Belġjan li ma żbaljax. Fis-70 minuta, Musso kkommetta penalty u mill-11-il metru Lukaku. B’din ir-rebħa Inter issa jinsabu 3 punti taħt Juventus fil-klassifika.

Cristiano Ronaldo skorja żewġ penalties li kienu konfermati mill-VAR li fissru 10 gowls fl-aħħar sitt logħbiet li lagħab ma’ Juventus. Juve ngħataw penalty meta difensur tal-Viola mess il-ballun b’idu fl-ewwel taqsima. Lejn l-aħħar tat-tieni taqsima, Rodrigo Bentancur twaqqa’ fil-kaxxa u Ronaldo reġa’ skorja minn penalty.

Fil-ħin miżjud Juve għamluhom tlieta meta d-difensur Matthias De Light skorja b’daqqa ta’ ras Matthijx tajba. Ronaldo rnexxielu jiskorja f’disa’ logħbiet infila fis-Serie A u b’hekk sar l-ewwel plejer li rnexxxielu jagħmel dan min mindu David Trezeguet għamel l-istess f’Diċembru tal-2005.

Huwa skorja b’kollox 50 gowl f’70 logħba li lagħab mat-tim Taljan mindu ngħaqad magħhom fl-2018. Dan l-istaġun sa issa skorja 19-il gowl. Juve jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b’54 punt.

Lazio wkoll komplew għaddejjin meta għelbu lit-tim tal-qiegħa Spal 5-1. Doppjetta ta’ Ciro Immobile, li fissret il-25 gowl fis-Serie A dan l-istaġun, doppjetta Felipe Caicedo u gowls ta’ Bobby Adekanye kienu biżżejjed għal Lazio li jinsabu żewġ punti taħt Inter u ħamsa taħt Juventus. Il-gowl tal-bandiera għal Spal għamlu Simone Missirole.

Ikompli d-diżastru ta’ Torino fejn wara s-seba’ li qalgħu kontra Atalanta tilfu 4-0 barra minn darhom kontra Lecce. Allesandro Deiola, Antonin Barkak, Filipo Falco u Gianluca Lapadula għamlu l-ħsara lit-Torino.
Atalanta tilfu żewġ punti mportanti meta ġew miżmuma 2-2 f’darhom minn Genoa filwaqt li l-istes ġralhom Milan meta f’darhom waqqgħu l-punti fi draw ta’ 1-1 kontra Verona.