Futbol Sport

Hibernians ma japprofittawx mit-telfa ta’ Floriana

George Cassar 

HIBERNIANS –  0  SIRENS – 2 

Hibernians: M. Jovicic, J. Wemmer, G. Izquier, A. Agius, F. Apap, D. Vella, B. Kristensen (Jorge 67’), J. Grech (M. Beerman 80’), J. Mbong, J. Degabriele (S. Mancini 79’), I. Iriberri   

Sirens: D. Cassar, R. Romào, Thiaguinho, S. Don Anjos, A. Borg, I. Adeshina. R. Grech, E. Okoye, Ricardinho, Wellington, F. Cheveresan 

Imwissija: J. Wemmer 20’ (H), J. Mbong 26’ (H), R. Romào 30’ (S), A. Borg 41’ (S) 

Imkeċċi: J. Mbong 28’ (H) 

Skorjaw: Wellington 58’, Ricardinho 73’ (S) 

Referee: Malcolm Spiteri 

Assistenti Referees: Edward Spiteri, Jurgen Spiteri  

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: S. Dos Anjos (S) 

BOV Plejer tal-logħba: Wellington 

Hibernians m’approfittawx mit-telfa ta’ Floriana u spiċċaw tilfu l-partita tagħhom ukoll kontra Sirens. Dan it-telfa tniżżel lill-Pawlisti fir-raba’ post hekk kif issa nqabżu minn Valletta u mill-istess Sirens. Il-partita kienet ikkundizzjoanata mit-tkeċċija ta’ Joseph Mbong fit-28 minuta li ħalliet lil Hibernians jilagħbu għal iktar minn siegħa bi plejer inqas.  

B’hekk Sirens għamlu doppjetta minn fuq Hibernians wara li kienu diġà rebħulhom fl-ewwel rawnd. It-tim immexxi minn Steve D’Amato kien qed ilaħħaq tajjeb mal-avversarji anki meta kienu għadu bl-istess numru ta’ plejers daqs l-avversarji, iżda mbagħad approfitta mill-vantaġġ numeriku u ġabar tliet punti prezzjużi oħra.  

Il-kowċ ta’ Hibernians Stefano Sanderra beda bl-istess ħdax-il plejer li bihom beda l-aħħar konfront mill-kampjonat kontra Tarxien Rainbows, iżda matul il-partita kien hemm id-debutt tat-Taljan Simone Mancini u r-ritorn ta’ Jorge Santos Silva li iżda ma kinux biżżejjed biex jevitaw ir-raba’ telfa staġjonali.  

Sirens resqu qrib il-gowl wara żewġ minuti meta Wellington Petinha kellu ħarba tajba iżda, minkejja li kien f’pożizzjoni tajba, ma rnexxilux jinkwadra l-lasta. Minuta wara Hibernians kellhom okkażjoni tajba ta’ skor meta kien hemm kross mil-lemin ta’ Joseph Mbong u daqqa ta’ ras mill-viċin tal-iżmarkat Imanol Irriberri iżda l-eks David Cassar fil-lasti ta’ Sirens intefa’ minn tulu u wettaq save impekkabbli. 

Fit-28 minuta seħħet l-iżvolta tal-logħba meta Joseph Mbong intwera żewġ karti sofor f’temp ta’ ftit iktar minn żewġ minuti wara żewġ fawls f’nofs il-grawnd u safa mkeċċi.  

Sirens marru fil-vantaġġ wara siegħa logħob meta minn kross mix-xellug ta’ Thiuaguinho, Wellington Petinha rebaħ id-dwell fl-arja ma’ Gabri Artiles u Marko Jovicic u tefa’ fix-xibka bir-ras. 

Sirens irduppjaw kwarta mit-tmiem meta Sergio Dos Anjos għamel ħarba tajba max-xellug u fetaħ lejn Ricardinho li mingħajr indħil mid-difensuri ta’ Hibernians tefa’ wara Marko Jovicic.  

Fl-aħħar għaxar minuti kien hemm aħbar ħażina oħra għall-partitarji ta’ Raħal Ġdid hekk kif Jurgen Degabriele deher ħiereġ izappap mill-grawnd u b’għajnejh bid-dmugħ hekk kif jidher li reġa’ weġġa’.