Lokali Parlament

Il-lista tal-assenjament tal-Awtoritajiet lill-Ministeri konċernati għadha mhix pubblika

L-Oppożizzjoni ma tistax tindirizza l-mistoqsijiet parlamentari lill-Ministeri konċernati

Wara 3 ġimgħat tal-Gvern Laburista ta’ Robert Abela, il-Ministru Carmelo Abela, fl-assenza tal-Prim Ministru, qal li għadha ma ġietx ippubblikata l-lista ta’ kif ġew assenjati l-Awtoritajiet lill-Ministeri konċernati fil-gazzetta tal-Gvern.

Din l-aħbar ħarġet wara mistoqsija parlamentari li għamel il-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Chris Said, lill-Prim Ministru, Robert Abela. Ironikament, il-Ministru Robert Abela talab lil Chris Said sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru konċernat meta lista uffiċċjali tal-assenjament għadha mhix pubblika.

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru ma setax iwieġeb taħt liema Ministeru taqa’ l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni wara 3 ġimgħat fil-kariga bl-iskuża li din il-lista għadha qed tiġi kumpilata internament.

L-Oppożizzjoni se jkollha tistrieħ fuq lista mhix uffiċċjali li ġiet iċċirkolata biex tindirizza l-mistoqsijiet parlamentari tagħha lill-Ministri suppost konċernati. F’dan ir-rigward, Chris Said talab il-protezzjoni tas-sedja sabiex l-Oppożizzjoni jkollha din l-għodda biex taqdi dmirijietha kif suppost.

Ikkummenta