Futbol Sport

Il-Malta Football Referees Association b’dehra ġdida

Il-Malta Football Referees Association ħabbret li bidlet id-disinn tal-emblema tagħha biex tirrifletti aktar dehra ġdida. Din hi l-ewwel darba li d-disinn inbidel minn meta twaqqfet l-assoċjazzjoni għall-ewwel darba fl-1949. L-emblema l-ġdida baqgħet sempliċi iżda għandha dehra aktar dinamika u konformi mad-dinja diġitali ta’ dawn iż-żminijiet.

L-MFRA hi l-assoċjazzjoni li tħares l-interessi u l-ġid komuni tar-referees fil-futbol. Din l-assoċjazzjoni għandha l-għan li tgħin lir-referees fil-karriera tagħhom u tipprovdi avviż u sapport kontinwu lill-membri tagħha.

Id-dehra l-ġdida tal-MFRA ġiet approvata mill-membri waqt Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret fit-30 ta’ Jannar. L-emblema l-ġdida għandha l-ittri MRFA miktuba, b’suffara fuq l-ittra R li tirrappreżenta lir-referees. Dan id-disinn sar minn Luke Zahra.

Tags