Sport Sport Ieħor

Mark Spiteri jirbaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters fi Vjenna

Mark Spiteri (nofs)

Mark Spiteri rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters waqt it-Tazza Ewropea tal-Adulti. Spiteri kellu jilgħab il-ħames stadji tal-Masters wara li spiċċa fit-13-il post minn 96 plejer fl-avvenimenti kollha.

Spiteri l-ewwel elimina lil Freyr Bragason tal-Iżlanda 2-0, qabel rebaħ kontra l-Ġermaniż Peter Knopp biex imbagħad rebaħ 2-1 kontra t-Taljan Marco Reviglio. Fis-semifinali għeleb lil Andy Gillespie tal-Iskozja 2-1 biex fil-finali ltaqa’ mal-Awstrijak Panzerboeck.

Spiteri kiseb riżultati ta’ 241 u 257 biex iddomina lill-avversarju u rebaħ il-midalja tad-deheb. Dan ir-riżultat isegwi l-midalja tal-bronż li kien rebaħ fil-Kampjonat tad-Dinja tal-Adulti fl-Istati Uniti lejn tmiem is-sena li għaddiet.

Dan is-suċċess isegwi r-riżultati miksuba minn Sue Abela. Hi rebħet il-midalja tad-deheb fl-All Events b’medja ta’ aktar minn 223 u spiċċat l-ewwel b’medja ta’ 2017 fuq 18-il logħba. Fil-kompetizzjoni individwali, Abela tilfet fil-finali kontra Elga di Benedetto 203-188 biex kisbet il-midalja tal-fidda.