Lokali

AĠĠORNATA: Anzjan isofri minn ġrieħi gravi hu u ħiereġ minn vettura fiż-Żejtun

Dalgħodu għall-ħabta tat-07:50am, raġel ta’ 64 sena miż-Żejtun sofra xi ġrieħi hu u ħiereġ minn vettura fi Triq il-Labour, iż-Żejtun.

Jidher li mara ta’ 28 sena minn Santa Venera li kienet qed issuq Toyota Starlet tilfet il-kontroll tal-karozza tagħha u laqtet żewġ vetturi pparkjati. L-anzjan kien ħiereġ minn waħda minn dawn il-vetturi.

Fil-post waslu l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll tim mediku li ħadu lir-raġel l-isptar għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Skont l-istqarrija tal-Pulizija, il-mara ma weġġgħatx fl-inċident.

Rapport tal-inċident qed isir mill-Pulizija tad-Distrett.