Lokali Saħħa Transport

Prekawzjonijiet mill-Valletta Cruise Port

Immaġni mil-laboratorju tal-Coronavirus

Il-Valletta Cruise Port identifika kamra ta’ iżolament/trattament f’każ li jkun hemm każ suspettat ta’ Coronavirus fost passiġġieri li jkunu qed jivjaġġaw bil-baħar minn u lejn Malta.

Dan ġie spjegat permezz ta’ komunikat lil Net News wara storja li ppubblikajna din il-ġimgħa.

Intqal illi din il-kamra ġiet mgħammra bl-apparat neċessarju, f’każ ta’ emerġenza.

“Is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, l-passiġġieri u nies oħra li jużaw it-terminal tal-cruises hija ta’ priorità għalina. Għalhekk inkomplu nisħqu fuq l-importanza ta’ iġene bażika, kif ukoll li wieħed jixrob ammont tajjeb ta’ ilma, waqt li poġġejna l-materjal neċessarju ta’ prevenzjoni għad-dispożizzjoni ta’ dawk li jkunu fit-terminal tagħna”, sostna l-Kap Eżekuttiv Stephen Xuereb.