Lokali

Sewwieq ta’ mutur midrub wara ħabta biswit il-Pixkerija

Sewwieq ta’ mutur minn Santa Venera kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ fil-17.30hrs fi Triq Barriera Wharf, biswit il-Pixkerija, meta għal xi raġuni mhux magħrufa seħħ impatt bejn il-mutur tat-tip Yamaha misjuq mill-vittma ta’ 56 sena u karozza tat-tip Citroen misjuqa minn Ingliż ta’ 44 sena, residenti Raħal Ġdid.

Fuq il-psot ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-Vendriż l-isptar għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.