Internazzjonali

Stati Uniti:Mara maqtula b’ħamsa jindarbu waqt sparatura qattiela fuq xarabank f’Kalifornja

Sparatura li seħħet fuq xarabank ‘Greyhound’ f’Kalifornja swiet il-ħajja ta’ mara minbarra li ħalliet talanqas ħames persuni midruba.

L-inċident seħħ f’sezzjoni ta’ Interstate 5 lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Los Angeles, bl-aggressur jispiċċa arrestat ftit tal-ħin wara. L-iskop wara l-attakk ma kienx magħruf, bl-isparatura sseħħ waqt li x-xarabank kien qed jivvjaġġa minn Los Angeles lejn San Francisco.

L-aggressur suspettat kien ħareġ mix-xarabank dritt wara l-isparatura u ħalla l-arma tan-nar warajh, Ix-xufier tax-xarabank imbagħad waqaf qrib stazzjon tal-petrol, bil-passiġġieri midruba aktar tard jittieħdu lejn l-isptar.

Il-mara li tilfet ħajjitha kienet spiċċat midruba kritikament fost indikazzjonijiet li hi kellha tmut ftit tal-ħin wara l-isparatura,