Lokali

Tislima lil George Micallef ILLUM fis-2:30pm fuq Net TV

Illum Net Television se jsellem il-memorja tal-attur George Micallef b’xandira speċjali tas-serje ‘Jessie u Bessie’ – xandira li se tibda fis-2:30pm.

Micallef jibqa’ sinonimu ma’ diversi karattri li tul is-snin interpreta, kemm fuq it-TV kif ukoll fuq il-palk. Fil-fatt, kien it-teatru li poġġa’ l-isem ta’ George Micallef fost dawk l-aktar ċelebri fix-xena lokali.

Il-ħaddiema u t-tmexxija ta’ Net TV u Media.Link iwasslu l-kondoljanzi lill-qraba u l-familja ta’ George Micallef.